[FILMAT] Jinġiebu Malta 24 katavru mis-650 immigrant li għerqu

Patrol Boat Taljana tidħol Malta b'merkanzija tal-waħx

Patrol Boat Taljana daħlet Boiler Wharf aktar kmieni dalgħodu b'merkanzija tal-waħx: bil-katavri ta' dak li jidher li hu l-agħar diżastru li qatt ħakem il-Baħar Mediterran, meta dgħajsa bl-immigranti inqalbet 120 mil bogħod minn Lampedusa u jingħad li għerqu madwar 650 immigrant. 

Il-patrol boat, Bruno Gregoretti daħlet ftit qabel it-8 ta' dalgħodu b'24 katavru li kienu kollha f'linja ħdejn xulxin fuq l-istess dgħajsa Taljana (ritratt). L-ambaxxatur Taljan kien preżenti fuq is-sit biex jilqa' lill-uffiċċjali navali Taljani. Membri tas-saħħa Maltin immexxija minn Dr Charmaine Gauci kienu preżenti.

Fuq l-istess patrol boat kien hemm it-28 immigrant li salvaw, u li se jittieħdu l-Italja.

It-tfittxija fiż-żona għadha għaddejja sabiex jinstabu l-bqija tal-katavri involuti f'din it-traċedja.

 



 

More in Kronaka