18-il awtopsja lesta - l-ebda sinjal ta' vjolenza fuq l-immigranti

Il-bqija tal-awtopsji ħa jsiru għada - qabel il-funeral ta' nhar il-Ħamis

It-tabib forensiku Mario Scerri  (Ritratt: Ray Attard)
It-tabib forensiku Mario Scerri (Ritratt: Ray Attard)

Illum saru l-awtopsji fuq 18-il katavru, hekk kif nhar it-Tnejn iddaħħlu f'Malta l-katavri ta' 24 immigrant li tilfu ħajjithom fit-traġedja ftit 'il bogħod minn xtutna - wara li għerqet id-dgħajsa li kienu fuqha - liema traġedja ħasdet il-ħajja ta' aktar minn 700 persuna oħra. Il-bqija tal-katavri għadhom ma nstabux.

L-awtopsja ma wriet l-ebda sinjal ta' vjolenza. Barra minn hekk, saru testijiet għall-ebola fuq il-katavri li kollha rriżultaw negattivi. L-awtopsja fuq il-kumplament tal-katavri ser issir għada - hekk kif mistennija d-difna nhar il-Ħamis.

L-awtopsja tmexxiet mit-tabib forensiku Mario Scerri, flimkien mal-patoloġisti Marie Therese Camilleri u Ali Safraz, kif ukoll l-ispeċjalista tad-DNA Dr. Marisa Cassar.

Is-superstiti tat-traġedja ddaħħlu fi Sqallija, fejn fosthom kien hemm ukoll il-kaptan tad-dgħajsa u membru ieħor tal-ekwipaġġ li ġew arrestati u akkużati bl-omiċidju ta' dawn l-immigranti.

More in Kronaka