It-traġedja fil-Mediterran - jinħarġu aktar dettalji

Skont il-prosekuzzjoni Taljana kien hemm żewġ raġunijiet għaliex għerqet id-dgħajsa bl-immigranti

Mohammed Ali Malek il- Kaptain mit-Tuneżija faces u  Mahmud Bikhit mis-Sirja ġew arrestati mal-inżul tagħhom fi Sqallija
Mohammed Ali Malek il- Kaptain mit-Tuneżija faces u Mahmud Bikhit mis-Sirja ġew arrestati mal-inżul tagħhom fi Sqallija

Jinħarġu aktar dettalji dwar id-dgħajsa mimlija immigranti li għerqet fil-Mediterran nhar il-Ħadd li għadda u li ħasdet il-ħajja ta' aktar minn 800 ruħ.

Il-prosekuzzjoni fl-Italja qed tgħid li l-kaptan, li ġie arrestat ilbieraħ fuq akkużi ta' omiċidji, ħabat bi żball mal-bastiment tas-salvataġġ.

Il-prosekuzzjoni qed tgħid ukoll li jidher li kien hemm żewġ raġunijiet għaliex għerqet id-dgħajsa. Qed jingħat li l-kaptan tad-dgħajsa tal-immigranti pprova jersaq lejn il-bastiment ta' salvaġġ u "b'mod aċċidentali d-dgħajsa tas-sajd żgħira ħabtet mal-bastiment tal-merkanzija."

Jidher li t-tieni raġuni għaliex għerqet id-dgħajsa kienet li "kien hemm wisq nies fuq id-dgħajsa, u b'hekk id-dgħajsa tilfet il-bilanċ wara manuvra ħażina li ressqet lill-immigranti fuq naħa waħda tad-dgħajsa. Imbagħad din inqelbet."

Giovanni Salvi li qed imexxi l-prosekuzzjoni qal li kien hemm daqstant nies li tilfu ħajjithom minħabba li kien hemm numru kbir minnhom li kienu msakkrin isfel. 

Il-prosekuzzjoni saħqet li l-bastiment tal-merkanzija Portugiż King Jacob li ta l-għajnuna lill-immigranti ma kellu l-ebda ħtija.

More in Kronaka