Il-pulizija Franċiża arrestat raġel b'suspett li kien qed iħejji attakki fuq "knisja jew żewġ knejjes". Dan skont il-Ministru għall-Affarijiet Interni ta' Franza.
L-arrestat, raġel ta' 24 sena, student tal-IT inżamm f'Pariġi nhar il-Ħadd li għadda wara li l-pulizija sabet numru kbir ta' armi fil-karozza tiegħu. Huwa inqabad hekk kif spara lilu nnifsu bi żball u sejjaħ għall-għajnuna.
L-istess raġel huwa suspettat li qatel mara minn Pariġi.