Wara li serquha u stuprawha, soru ta' 86 sena ġiet maqtula minn ħallelin - dan kollu biex ħadulha somma żgħira ta' flus.
Dan kollu ġara fl-Afrika t'Isfel, hekk kif il-Pulizija qed issostni li Suor Gertrud Tiefenbacher instabet mejta minn soru ohra f'Sacred Heart Home - fil-belt ta' Ixopo.
Is-soru, ta' nazzjonalità Awstrijaka ġiet marbuta imbagħad fgata b'wajer tat-typewriter elettrika tagħha stess.
Il-pulizija issa qed tfittex grupp ta' irġiel li huma maħsuba li daħlu fil-kunvent fit-tmiem il-ġimgħa li għadda.
Skont Suor Gerald, soru oħra fl-istess kunvent, Tiefenbacher kienet iddedikat ħajjitha biex ittejjeb il-komunità. L-aktar li kellha għal qalbha kien ix-xogħol mat-tfal foqra.
"Kellha qalbha tassew tajba - u kienet maħbuba minn kulħadd." temmet tgħid.