Skossa qawwija ftit tal-ħin ilu ta' 7.9 ħakmet lin-Nepal. Bl-epiċentru tat-terremot ikun bejn Kathmandu u l-belt ta' Pokhara. It-erremot wassal biex diversi appartamenti u torri b'patrimonju dinji tal-UNESCO jiġġarrfu. Billi din iż-żona hi abitata b'mod dens ħafna hemm biża li se jkun hemm numru impressjonanti ta' vittmi waqt li bħalissa għadu għaddej it-tiftix ta' nies taħt it-tifrik.
Hemm biża li taħt blokk ta' appartamenti hemm midfuna madwar 400 persuna. L-iskossa tat-terremot inħasset ukoll f'Delhi l-Indja u anke fil_pakistan. Din l-iskossa qawwija qed jingħad li ħolqot valanga kbira fuq il-Munstanja Everest.