Raġel li kien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar tlett sulari, dalgħodu, għall-ħabta tal-ħdax ta' filgħodu, fi Triq l-Imġarr, Xewkija, issa hu ċċertifikat li tilef ħajtu.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li r-raġel li għandu 58 sena u residenti x-Xagħra, Għawdex, kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ tikħil ma’ faċċata ta’ residenza privata meta għal xi raġuni huwa waqa’ għal isfel.
Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat, Għawdex, flimkien mal-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Ġenerali t’Għawdex. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. Invesitgazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.