Jinstabu sitt bombi molotov fuq tren għal Ruma

Instabu waqt li kienu qed jiġu kontrollati il-kabini

 

Episodju inkwetanti ġara dalgħodu fl-istazzjon ta' Bolzano fuq tren frecciargento li kienet se titlaq għal Ruma fis-7.11 a.m.. Abbord din it-tren kien hemm 6 bombi molotov li jkunu magħmula minn petrol fi fliexken tal-ħġieġ li jisplodu u jagħtu n-nar lil kulmin ikun ħdejhom. Il-bombi instabu mhux sploduti waqt li t-tren kienet għadha fl-istazzjon. Huma nstabu mix-xufier tat-tren meta daħal biex jipprepara li jitlaq. Sab li quddiem il-magna tat-tren kien hemm bħal speċi ta' żigarella ħamra u bajda b'kitba fuq żewġ kartelluni 'jisplodu'. Ix-xufier taha l-allarm u immedjatament waslu l-pulizija u n-nies tat-tifi tan-nar.

Il-kummissarju ta' Bolzani, lucio Carluccio qal li kien kumbinazzjoni li l-bomba li kienet magħmula minn sitt fliexken tal-plastik ta' litru u nofs mimlijin bil-petrol, ma splodietx.S'issa għadhom ma jafux ir-raġuni għaliex saru dawn il-bombi u minn min saru, għalkemm jista jkun li kienu purament biex joħolqu għarfien. Fost l-ipotesi li qed jiġu studjati hemm dik tal-persuni anarkiki jew li għandhom xi kwistjoni kontra t-TAV. Anke d-data magħżula dik tal-25 ta' April tista jkun fiha valur simboliku.

More in Kronaka