(AĠĠORNAT BIR-RITRATTI) Aktar minn 1,500 persuna mejta s'issa fin-Nepal
13-il xabbatur maħsuba mejta fuq Mount Everest, 8 minnhom Taljani
More in Kronaka
13-il xabbatur maħsuba mejta fuq Mount Everest, 8 minnhom Taljani
Il-pulizija tan-Nepal qed jgħidu li s'issa mejtin hemm aktar minn 1,500, filwaqt li mietu 34 fit-Tramuntana tal-Indja u persuna fil-Bangladesh. L-akbar ammont ta' nies maqtula huma mill-vallata tal-Kithmandu fejn hemm 634 mejta u hemm 300 persuna oħra mejta fil-belt kapitali. L-awtoritajiet qed jgħidu li hemm ħafna iżjed fatalitajiet fid-dostretti rimoti fejn kien hemm l-epiċentru tat-terremot 50 mil bogħod minn Kethmandu.
Sadattant 13-il persuna mietu taħt il-valanga ta' Mount Everest fosthom tmien Taljani. Eluf illejla se jorqdu barra minn djarhom f'Kathmandu fejn huma mistennija aktar theżżiżiet matul il-lejl.
Tempji u bini ta' sekli ilu li huma wirt dinji tal-UNESCO ġew imwittija għal sfreġu arkeoloġiku kbir. Terremot ta' din il-qawwa ilu madwar sittin sena ma jagħmel fin-Nepal.