Cutajar jiżvela li se jitlaq

 il-Gvern se jimbarka fuq proġetti ambizzjużi u għalhekk jixtieq li jħalli postu għal min għandu aktar ħin x’jagħti

“Il-ħidma tiegħi bħala uffiċċjal fil-Kumitat Olimpiku Malti - KOM waslet lejn tmiemha.” Dan qalu Mark Cutajar f’kumment esklussiv mal-ILLUM wara li nhar it-Tlieta, jumejn qabel l-elezzjoni għall-eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti, il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista ħarġu artiklu dwaru u li skont l-istess artiklu, Cutajar għandu kunflitt ta’ interess meta hu qed jokkupa l-kariga ta’ Viċi President tal-KOM u fl-istess ħin, skonthom hu wkoll l-aġent kap eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport.

 

Mark Cutajar qal li l-isport f’pajjiżna għaddej minn mument eċitanti u fiż-żmien li ġej, il-Gvern se jimbarka fuq proġetti ambizzjużi u għalhekk jixtieq li jħalli postu għal min għandu aktar ħin x’jagħti. “Dan ovvjament se jsir bil-kalma fiż-żmien li ġej.”

 

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Kronaka