Tmien persuni ta' nazzjonalità differenti arrestati fuq ttraffiakar tad-droga ġew maqtula permezz tal-piena tal-mewt aktar kmieni llum. Dan fl-Indonesia - fejn hemm uħud mill-aktar liġijiet ħorox dwar id-drogi.
L-Indonesja dejjem saħqet li l-liġijiet tagħha huma staqstant ħorox minħabba il-problema li tgħid li hemm bid-droga fl-istess pajjiż - fejn l-Aġenzija Nazzjonali tan-Narkotiċi tal-Indonesia tistma li 33 Indoneżjan imut kull sena minħabba d-drogi.
Intant, l-eżekuzzjoni tat-tmien persuni saret permezz ta' tiri ta' arma tan-nar. Huma kienu qed jinżammu fil-gżira li sservi bħala ħabs msejħa Nusakambangan. Dawn kienu ġejjin mill-Awstralja, il-Brażil, in-Niġerja u l-Indonesja stess. Hemm ukoll mara Filippina tistenna l-istess kundanna, liema qtil ġie pospost. Raġel Franċiz għadu ma nqatilx minħabba li għad fadallu ilment legali fuq it-talba għall-maħfra.
Dawn l-eżekuzzjonijiet saru minkejja li l-familji u diplomatiċi varju talbu azzjonijiet anqas ħorox - li iżda ġew miċħuda mill-President Joko Widodo.
B'reazzjoni għal dak li ġara, l-Awstralja rtirat l-ambaxxatur tagħha mill-Indonesja - hekk kif saħaq li r-rabtiet bejn l-Awstralja u l-Indonesja ħadu daqqa ta' ħarta kbira.
Il-Gvern Brażiljan saħaq li "ma jistax jemmen" li nqatel wieħed miċ-ċittadini tiegħu - fejn aktar tard iddikjara wkoll li dan kollu ħa jagħmel differenza fir-relazzjoni ta' bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-familji tal-vittmi żaru l-ikkundannati għall-aħħar darba t-Tnejn waranofsinhar. Pastor preżenti għall-eżekuzzjoni qal lil Sydney Morning Herald li t-tmien ikkundannati bdew ikantaw flimkien fl-aħħar ftit mumenti tagħhom.