Ħabta bejn trailer u mini van bit-tfal tal-iskola

Il-grupp tat-tfal jeħilsuha ħafif f'inċident tat-traffiku

Grupp tfal tal-iskola ħelsuha ħafif hekk kif il-mini bus li kienu fuqu dalgħodu fi triqithom lejn l-iskola ħabat ma' trailer li kien ġej min-naħa opposta, b'tali mod li b'konsegwenza ħadlu l-ġenb kollu. B'konsegwenza t'hekk il-mini van spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq.

Kien madwar it-7.40pm meta l-mini van kien nieżel in-niżla fid-direzzjoni lejn St.Andrews, fi Triq Pedidalwett limiti tal-Madliena, meta fl-istess waqt kien hemm trailer tiela' fid-direzzjoni opposta.

L-ewwel għajnuna ingħatat mill-pulizija tal-RIU tat-traffiku. Ix-xufier tal-mini bus ittieħed il-Mater Dei għal kura. Il-kundizzjoni tax-xufier għadha mhux magħrufa.

L-investigazjoni għadhom għadejjin u qed jiġu mmexxija mis-surgenti Terry Mallia u Edmond Fenech tad-distrett.

 

More in Kronaka