Skont rapporti jidher li ġew aktarx identifikati tnejn mill-24 katavri li ddaħħlu f'Malta wara t-traġedja tax-xahar li għadda fejn aktar minn 800 persuna tilfu ħajjithom huma u jaqsmu l-Mediterran lejn l-Ewropa.
Il-patologu li mexxa l-awtopsja fuq il-katavri, David Grima, fost l-oġġetti personali tal-immigranti nstabu wkoll dokumenti ta' identifikazzjoni tagħhom - fejn instabu ritratti li jixbħu lil dawk ta' passaport li jixbħu l-karti tal-identità tal-Eritrea. Dawn id-dokumenti issa ħa jingħataw lill-pulizija sabiex jikkonfermaw l-awtentiċita tagħhom mal-aġenziji responsabbli. Il-pass li jkun imiss wara hu li jsir kuntatt mal-familjari.
Grima sostna wkoll li xi wħud mill-immigranti li diġà jinstabu Malta ġa kienu għamlu kuntatt mal-kamra mortwarja fil-Mater Dei hekk kif bdew jistennew lill-qrabathom jaqsmu l-Mediterran - madanakollu din it-talba kellha tiġi rrifjutata hekk kif il-katavri kienu diġà mħejjija għad-dfin.