Malti ta' 34 sena misjub mejjet f'lukanda f'Bangkok

Daniel Borg instab mejjet fil-kamra tiegħu fil-lukanda 'Aloft'

Il-lukanda fejn instab Borg
Il-lukanda fejn instab Borg

Daniel Borg, Malti ta' 34 sena nstab mejjet f'lukanda f'Bangkok nhar il-Ħadd filgħaxija. Il-Pulizija qed jissuspettaw li dan kien kawża ta' overdose ta' eroina.

Il-pulizija f'Lumpini ġiet infurmata għall-ħabta tas-7 ta' filgħaxija li turist barrani miet f'kamra tal-lukanda Aloft f' Soi Sukhumvit fid-distrett ta' Vadhana f'Bangkok.

Borg instab fuq is-sodda fil-kamra tiegħu fit-23 sular wiċċu 'l fuq waqt li r-rapporti qed jgħidu li l-ġisem kien beda jiddekomploni.

L-uffiċjali sabu pilloli tal-vijagra flimkien ma' nofs gramma eroina fuq mejda maġenb is-sodda. Il-Pulizija, min-naħa tagħha ma sabet l-ebda sinjal ta' foul play.

Il-katavru u l-evidenza intbagħtet fl-isptar Chulalongkorn għall-awtopsja.Borg kien mistenni jitlaq mil-lukanda il-Ħadd stess. Il-Malti ma marx fir-reception tal-lukanda u għaldaqstant, intbagħtu impjegati biex jiċċekjaw il-kamra.

Borg ma weġibx meta ħabbtulu mal-kamra u allura fetħet il-bieb biex sabet il-katavru fuq is-sodda. Il-Pulizija qed tgħid li t-turist x'aktarx miet għaliex faqfitlu qalbu wara li uża l-eroina. X'aktarx kien miet jumejn jew tlett ijiem qabel.

More in Kronaka