Raġel ta’ 68 sena jittela’ mejjet mill-baħar għall-ħabta ta’ 12:10hrs wara li l-Pulizija tal-Għassa Bormla ġew infurmati li kien hemm persuna fil-baħar f’Baċir numru wieħed.
Minnufih il-Pulizija tad-distrett marru fuq il-post, bi tnejn minnhom jinżlu l-baħar sabiex itellgħu, dak li wara irriżulta li kien katavru ta’ raġel ta’ 68 sena residenti l-Ħamrun.
Filwaqt li ġiet appuntata Inkejsta mill-Maġistrat tal-Għassa l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex jiġi stabbilit x’wassal għall-mewt tar-raġel.