Jinstab raġel mejjet fi Triq il-Bajja f'San Ġiljan

Il-persuna jidher li għandha bejn 20 u 30 sena

Kmieni dalgħodu l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mixħuta mal-art fuq il-blat fi Triq il-Bajja ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan.

Il-Pulizija flimkien ma’ team mediku mill-Isptar Mater Dei irrikorrew mal-ewwel fuq il-post fejn hemmhekk ġie ikkonfermat ir-rapport.  Il-persuna li tidher li għandha bejn għoxrin u tletin sena ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. 

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ dwar il-każ sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ inkluż x’seta wassal għall-mewt kif ukoll l-identità tar-raġel.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Hayman  li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

More in Kronaka