Iktar kmieni dalgħodu, karozza tal-linja, ħabtet ma' mutur tal-Maltapost, li kien qed iġorr xi basktijiet tal-posta. L-inċident seħħ fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.
Għalkemm il-kundizzjonijiet tax-xufiera u l-passiġġiera għadhom mhux magħrufa, jidher li l-ħabta kienet waħda b'danni minimi, inħolqot ħafna konġestjoni u traffiku f'dik iż-żona.