Il-Ġiżwiti mhedda b'ittra u skartoċċ

L-ittra qed tagħmel referenza għall-appell li qed isir kontra range tal-isparar

Ilbieraħ waranofsinhar, Mount St Joseph Retreat House pakkett li fih kien hemm ittra ta' theddida, kif ukoll skartoċċ. L-ittra kienet qed tagħmel referenza għall-appell li qed isir bħalissa mill-Ġiżwiti kontra range tal-isparar li qed tiġi proposta f'żona viċin ta' din id-dar. Immedjatament, sar rapport immedjatament mal-Għassa tal-Pulizija tal-Mosta.

Il-proposta mhux biss ġabet reazzjoni mill-Ġiżwiti imma wkoll tal-pubbliku ġenerali hekk kif fuq il-mezzi soċjali bdiet tiċċirkola petizzjoni kontra din iż-zona proposta.

Ir-ritratt juri l-ittra kif ukoll l-iskartoċċ li rċevew il-Ġiżwiti.

L-istess dar qed tistieden lill-pubbliku għal siegħa ta' talb bix-xemat fil-ġonna tagħha fil-Mosta nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju. Din is-siegħa ta' talb hija parti mill-appell tagħha sabiex tiġi mħarsa l-atmosfera ta' skiet li toffri din id-dar.
 

Intant il-Partit Nazzjonalista, jesprimi solidarjetà mal-Patrijiet Ġiżwiti li skont rapporti fil-media. Il-PN  qal li "żgur li dan mhux il-mod ta’ kif meta jkun hemm kwistjoni, jsir djalogu biex tinstab l-aħjar soluzzjoni għaż-żewġ partijiet. Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna lil kull min juża tattiċi bħal dawn kontra min ma jaqbilx miegħu."
 

 

More in Kronaka