Terremot ieħor fin-Nepal

Il-pajjiż għadu qed jirkupra mit-terremot li ġimgħatejn ilu ħasad il-ħajja ta' 8,000 persuna
 

Iż-żona fejn laqat it-terremot
Iż-żona fejn laqat it-terremot
Il-pajjiż għadu qed jirkupra mit-terremot li laqtu x-xahar li għadda
Il-pajjiż għadu qed jirkupra mit-terremot li laqtu x-xahar li għadda

Terremot ieħor fin-Nepal, hekk kif skont il-US Geological Survey l-Ilvant tan-Nepal intlaqat minn terremot ta' magniturni ta' 7.4.

Dan wara li ġimgħatejn ilu, terremot ieħor laqat lill-Punent tan-Nepal, b'magnitudni ta' 7.8 ħasad il-ħajja ta'  8,000 persuna.

Intant it-terremot tal-lum inħass saħansitra fil-belt kapitali Indjana Delhi, kif ukoll f'Dhaka u fil-kapitali tal-Bangladesh. Inħass ukoll theżżiż fil-kapitali tan-Nepal, Kathmandu - li wkoll batew il-konsegwenzi tat-terremot tax-xahar li għadda.

Ma kien hemm l-ebda rapport immedjat ta' fergħuti jew ta' dannu fil-bini.

 

 

More in Kronaka