Raġel ta' 64 sena residenti Ħaż-Żabbar kien qiegħed fuq il-bejt ta’ residenza privata, meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari minn ġo skylight.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta' wara nofsinhar fi Triq il-Kappuċċini, Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar, flimkien mal-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.