Fi stqarrija li ħarġet il-PBS, qalet li l-kantanta Amber kellha 'prestazzjoni eċċellenti' fil-Eurovision Song Contest li qed isir fi Vjenna l-Awstrija. L-istqarrija qalet li Amber kisbet l-ammirazzjoni u apprezament wiesgħa kemm lokalment kif ukoll fost diversi delegazzjonijiet ta' pajjiżi oħra, inkluż kummenti fil-media internazzjonali, fosthom il-BBC li sejħilha 'an amazing performance'.
Id-diretturi tal-PBS irringrazzja lil Anton Attard li hu s-CEO u l-Kap tad-delegazzjoni u lil membri ta-delegazzjoni għax-xogħol bla heda li wettqu f'dawn l-aħħar 7 xhur.