Splużjoni f'garaxx fil-Qrendi tħalli żagħżugħ fil-periklu tal-mewt

Il-missier ġarrab biss ġrieħi ħfief

Ġuvni ta' 28 sena jinstab fil-periklu tal-mewt hekk kif indarab fi splużjoni f'garaxx fil-limiti tal-Qrendi. Flimkien mal-ġuvni, Alan Farrugia ta' 28 sena, indarab ukoll missieru Mario ta' 60 sena. Il-missier ġarrab biss ġrieħi ħfief.

Jidher li l-missier u l-iben kienu qed jaħdmu fl-istess garaxx, li jinstab Triq is-Siġġiewi, fil-Qrendi, meta għall-ħabta tas-1:30pm seħħet l-isplużjoni. Huma kienu qed jagħmlu xogħol ta' welding fuq xibka tal-ħadid.

Fuq il-post waslu l-pulizija u l-paramediċi, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jaraw li m'hemmx aktar periklu fil-garaxx.
Il-missier u l-iben ittieħdu l-isptar, fejn l-iben qiegħed isofri minn diversi ħruq f'partijiet ta' ġismu. Il-missier ġarrab biss ġrieħi ħfief.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ. Għaddejja wkoll inkjeta bil-Maġistrat.

More in Kronaka