Żewġ għawwiema Ingliżi ta' 35 sena jitilfu ħajjithom f’Kemmuna meta kienu qed jgħumu l-Blue Lagoon hekk kif jidher li nħakmu minn kurrenti qawwija tal-baħar.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-3.30pm.
Hu mifhum li wieħed mill-irġiel ingħata xi għajnuna minn dgħajsa li kienet fil-viċinanzi u li saħansitra wasslitu l-port tal-Imġarr fejn gie ċċertifikat mejjet mal-wasla. It-tieni għawwien twassal l-isptar t'Għawdex permezz tal-ħelikopter iżda sfortunatament ukoll ġie ċċertifikat mejjet mal-wasla.
Jidher li fil-post ma kienx hemm ebda servizz ta' gwardjani tal-ħajja għalkemm l-istaġun tal-għawn issa beda ġmielu.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.