(RITRATTI) Iż-żewġ Ingliżi li għerqu Kemmuna kienu dentisti
Wieħed minnhom ħalla tliet itfal żgħar u kien hemm ieħor magħhom li salva
More in Kronaka
Wieħed minnhom ħalla tliet itfal żgħar u kien hemm ieħor magħhom li salva
Mehwish Kamran Shabir u Lyace Ali, it-tnejn ta’ 35 sena sabu problemi waqt li kienu qed jgħumu il-Blue Lagoon f’Kemmuna waqt vaganza li huma iddeċidew li jqattgħu flimkien fil-bank holiday li kien hemm l-Ingilterra. Xhiedha qalu li meta kienu madwar 25 metru bogħod mix-xatt dawn bdew jsejħu għall-għajnuna. Wieħed minnhom ittieħed bil-helicopter l-isptar u l-ieħor miġbur minn dgħajsa iżda sfortunatament it-tnejn tilfu ħajjithom.
Kollega dentist ieħor Hussein Ahmed ukoll kien f'diffikulta magħhom iżda rnexxielu jiskappa l-mewt.
Dr Ali li għandu żewġ kliniċi fi Skozja u oħra f’Birmingham, ħalla warajh mara u tliet ulied żgħar u kien maħbub mill-kommunita kollha fejn kienu joqogħdu, f’Birmingham. Dr Shabir miżżewweġ għal dawn l-aħħar ħames snin ma kellux tfal.
Skont the Daily Mail ta’ l-Ingilterra dawn tkellmu ma’ kelliem tal-Forzi Armati f’Malta u qalilhom li kien ir-riħ u hu mifhum li l-irġiel inqabdu fil-kurrenti.