Żewġ għawwiema jitilfu ħajjithom f’Kemmuna

Żewġ għawwiema rġiel Ingliżi jitilfu ħajjithom f’Kemmuna meta kienu qed jgħumu l-Blue Lagoon hekk kif jidher li nħakmu minn kurrenti qawwija tal-baħar.

L-inċident seħħ għal ħabta tat-3.30pm. Jidher li l-għawwiema huma barranin għalkemm l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa.

Hu mifhum li wieħed mill-irġiel ingħata xi għajnuna minn dgħajsa li kienet fil-viċinanzi u li saħansitra wasslitu l-port tal-Imġarr fejn gie ċċertifikat mejjet mal-wasla. It-tieni għawwien twassal l-isptar t’Għawdex permezz tal-ħelikopter iżda sfortunatament ukoll ġie ċċertifikat mejjet mal-wasla. Jidher li fil-post ma kienx hemm ebda servizz ta’ gwardjani tal-ħajja għalkemm l-istaġun tal-għawn issa beda ġmielu.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. 

L-invesitgazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka