Mill-inqas 500 persuna tilfu ħajjithom hekk kif l-India bħalissa għaddejja minn heatwave fejn it-temperaturi leħqu saħansitra l-50 grad celsius f'ċertu żoni.
Ħafna mill-imwiet kienu fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, fosthom f'Telangana u Andhra Pradesh - fejn minn nhar is-Sibt 'il hawn mietu aktar minn 140 persuna. Fil-belt Kapitali, Delhi, it-tempertaura leħqet il-44 grad celsius.
L-awtoritajiet ħeġġew lin-nies jibqgħu d-dar u jixorbu ħafna likwidi.
Il-kundizzjonijiet għal din is-sħana straordinarja ilhom jaffettwaw lin-naħa t'isfel tal-Indja minn nofs April, imma ħafna mill-imwiet seħħew fil-ġimgħa li għaddiet.
Rapporti qed jgħidu li tant hi sħana li qed saħansitra jinħallu t-toroq f'Hyderabad, il-kapitali tal-aktar stat milqut Andhra Pradesh, fin-Nofsinhar tal-Indja.
L-uffiċju metereoloġiku tal-Indja qed jbassar li din is-sħana ħa tibqa' prevalenti fil-jiem li ġejjin.