Twerżaq magħhom, tinsultahom u tumiljahom u wara tagħtihom daqqiet ta' ħarta fuq wiċċhom u fuq rashom, tyiġbidhom, tagħtihom bil-kotba fuq rashom u twaddbilhom il-pitazzi lejn wiċċhom. Il-vittmi huma it-tfal ta' skola elementari tar-Raħal ta' Andria li jinsab fin-naħa t'isfel tal-Italja. Il-ħatja hi għalliema ta' 52 sena li ġiet arrestat mil-pulizija Taljana llum b'akkużi ta' maltrattament fuq it-tfal.
Xhiedha hemm il-kameras moħbija li kien hemm fil-klassi fejn kienet tgħidilhom li jekk jitniffsu toqtolhom, "naħlef li nħassarkom bid-daqqiet" kienu t-theddid li ta' kuljum kienu jgħaddu minnhom dawn it-tfal li kienu terorizzati minnha. Speċjalment dawk it-tfal li kienu jsibuha diffiċli biex isegwuha. Il-pulizija qalu li dan it-theddid kien ta kuljum.