L-Iraq qatlu l-kameraman tal-ISIS - 28 terrorist maqtula

Sadattant l-ISIS ikomplu javvanzaw fil-Libja filwaqt li s-suldati Libjani qed jirtiraw għax mhux qed jitħallsu

Il-Ministru tal-Intern Iraqqin ħabbar li nqatel Abu Samra, li hu kkunsidrat bħala l-kameraman u d-direttur tal-videos li joħorġu l-ISIS. Ismu proprju hu Abu Mohammed al-Souri, u ġie milqut waqt air raid li kien immirat lejn kwartieri tal-ISIS fil-provinċja ta' Anbar. Maqtul ukoll fir-raid Abu Osama al-Amriky, ta' Nazzjonalita Amerikana li kien jippreżenta d-dokumnetarji tal-ISIS.

Waqt dan ir-raid ġew maqtula 28 terrorist u fost il-vittmi kien hemm diversi kmandanti militari fejn fost il-vittmi hemm Abu Samra u Abu Osama al-Amriky, anki Abu Aicha Al Ansari, espert tal-isplussivi, Abu Saif Al Jazrawy, Marokkin, Abu Hussein Al Sulaimani, responsabbli mill-fondazzjoni karitevoli tal-ISIS, Abdullatif Jumaa Al Mohammedy, kap tal-operazzjoni suwiċida f'Falluja. 

Sadattant fil-Libja l-ISIS qed javvanzaw fejn is-suldati ta' Misurata ġew kostretti li jirtiraw fl-ajruposrt ta' Sirte. L-Isis qed javvanzaw min-naħa tal-lvant, punent u min-naħa t'isfel ta' Sirte. L-irtirar tal-battaljun hu marbut mal-fatt li s-suldati mhux qed jitħallsu regolarment. 

More in Kronaka