Jitlef ħajtu żagħżugħ ta' 17-il sena f'fabbrika tal-injam

Il-ġuvni nqabad mil-magna tal-injam li kien qed jaħdem fuqha
 

Ritrat - Facebook
Ritrat - Facebook

Għall-ħabta tan-12.30pm, illum il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba li kien weġġa’ ġuvni fuq il-post tax-xogħol ġewwa fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Farruġ limiti ta’ Ħal Luqa.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Ħal Luqa jidher li għal xi raġuni l-ġuvni kellu inċident waqt li kien qiegħed jaħdem fuq magna tal-injam u nnqabad mill-magna tal-injam li kien qed jaħdem fuqha fil-fabbrika Construct Furniture.

Il-ġuvni li għandu 17-il sena, residenti Ħal Kirkop ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa iżda iktar tard huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri LL.D li ordna li ssir inkjesta u apponta diversi esperti sabbiex jassistu.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Bartolo huwa ġuvni mwieled il-Għargħur u jgħix Ħal Kirkop u kien ukoll membru attiv tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ġużeppini Kirkop. 

 

 

Matthew fil-ħidma tiegħu fil-preparazzjonijiet tal-festa
Matthew fil-ħidma tiegħu fil-preparazzjonijiet tal-festa

More in Kronaka