Serb ta' 42 sena jsofri ġrieħi ta' natura gravi

Ir-raġel ta' 42 sena ħabat bil-mutur ma' trailer li jġorr id-dgħajjes u ma' vettura oħra pparkjata

Raġel mis-Serbja li għandu 42 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kellu inċident tat-traffiku f’Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar, illum għall-ħabta tan-12.30pm.

L-ewwel stħarriġ li sar mid-Distrett tal-Qawra juri li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tat-tip Kymco meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ trailer li jġorr id-dgħajjes u ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata.

Ir-raġel gie ċċertifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka