Kien hemm attakk suwiċida fejn tempju storiku Eġizzjan li jinstab ħdejn Luxor li huwa popolari immens mat-turisti. Dan skont sorsi tas-sigurta u xhieda.
L-attakk sar ħdejn it-tempju Karnak - f'belt fin-Nofsinhar tal-Eġittu. Skont rapporti bikrija, l-isplużjoni saret fil-parking tas-sit turistiku.
Għadu mhux ċar kemm kien hemm vittmi - iżda kelliem għall-Ministeru tas-Saħha qal li erba' Eġizzjani ndarbu. Sorsi tas-sigurtà qalu li fost il-vittmi hemm sidien ta' bazaar u pulizija.
Qalu wkoll li tliet irġiel armati pprovaw jegħlbu barrikata li twassal għas-sit tat-tempju ta' Karnak. Iż-żewġt irġiel telqu b'karozza, fejn kienu involuti fi ġlieda b'armi tan-nar mal-pulizija - li rnexxielhom joqtluhom. It-tielet raġel fil-karozza rnexxielu jegħleb il-barrikata u sploda lilu nnifsu.