Intervent f’waqtu minn uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wassal biex nirien li kienu nnutati f’waħda miċ-ċelel ma komplewx jinfirxu u b’riżultat ta’ dan ħadd ma weġġa’.
Dalgħodu uffiċjali korrettivi responsabbli minn Diviżjoni 2 innutaw duħħan ħiereġ minn taħt bieb ta’ ċella. Huma fetħu ċ-ċella minnufih u sabu saqqu f’nofs iċ-ċella maħkum minn nirien. L-uffiċjali kkontrollaw in-nirien biex b’hekk dawn ma laħqux inferxu barra miċ-ċella.
Ħadd ma sofra ebda ġrieħi.
Minnufih ġew infurmati l-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid kif ukoll il-maġistrat tal-għassa.