Raġel ittieħed l-isptar wara li l-karozza li kien qiegħed isuq waqgħet madwar sular ġo għalqa, illum għall-ħabta tas-2.10pm fil-Bypass tal-Imrieħel.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li r-raġel, li għandu 27 sena u joqgħod Marsaxlokk, kien qiegħed isuq Toyota Vitz lejn Ħal Qormi meta tilef il-kontroll tal-vettura.
Fuq il-post issejħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu x-xufier.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi għadhom għaddejjin.