AĠĠORNAT: Raġel ta’ 40 sena jindarab fi sparatura

L-inċident seħħ fl-inħawi magħrufa bħala l-Fosos ta’ Sant’Iermu

AĠĠORNAT: Il-Pulizija sabet lill-allegat agressur li ġie identifikat bħala ragel ta’ 35 sena, residenti l-Belt Valletta.

Aktar Kmieni:

Raġel ta’ 40 sena, residenti l-Belt Valletta ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut fi sparatura għall-ħabta tal-ħdax (1100hrs).  L-inċident seħħ fl-inħawi magħrufa bħala l-Fosos ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta.

Mill-ewwel stħarriġ li sar mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt, jidher li għal xi raġuni kien hemm argument bejn żewġt irġiel u wieħed minnhom allegatament spara tir t’arma tan-nar fid-direzzjoni tar-raġel ta’ 40 sena.

Għalkemm in-natura tal-ġrieħi li sofra għadha mhux magħrufa, ninsabu infurmati li l-vittma ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.  Iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika tiegħu se tingħata iktar tard.

Il-Pulizija tad-distrett flimkien ma’ dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex jinstab l-agressur. 

More in Kronaka