Ir-raġel ta’ 52 sena residenti Kerċem, Għawdex, sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija, Għawdex, ilbieraħ għall-ħabta tas-7.20pm ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Minn investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat, Għawdex, jirriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur ta’ tip Honda C70 misjuq mir-raġel ta’ 52 sena u Toyota Hiace misjuq minn raġel ta’ 61 sena residenti Kerċem. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri ġiet infurmata rigward il-każ fejn min-naħa tagħha ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.