Raġel f’qagħda kritika wara inċident fil-limiti tal-Aħrax

Ir-raġel kien qed isur mutur u għal xi raġuni kellu impatt ma' ħajt

Raġel ta’ 37 sena residenti Santa Venera jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Armier, limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa.  L-inċident seħħ il-lejl li għadda għall-ħabta tal-10.30pm.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li l-ġuvni kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki ER-6F u għal xi raġuni kellu impatt ma’ ħajt.  Kawża tal-kolliżjoni r-raġel spiċċa ġo għalqa wara l-ħajt.

Fuq il-post issejħet ambulanza b’team mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei,  aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

More in Kronaka