Ingliz ta’ 59 sena tilef ħajtu kmieni wara nofs in-nhar meta sab ruħu f’diffikutlajiet waqt li kien qed jgħum il-barra mill-Blue Lagoon f’Kemmuna.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna mill-gwardjani tal-Emergency Response Rescue Corps li kienu fuq il-post u ttieħed lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Jidher li r-raġel kien qed jgħum waħdu hekk kif ma’ kien hemm ebda qraba fuq il-post.