Barrani jinstab midrub f'vettura fil-Marsa

Għad irid jiġi stabbilit x'wassal għal dan u min aktar seta' kien involut

Barrani jinsab rikoverat l-isptar wara li instab midrub f’vettura illum għall-ħabta tal-10.30am fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Ir-raġel instab fuq in-naħa tal-passiġġier ta’ van li kellu diversi ħsarat f’service road fl-imsemmija triq. Hu sussegwentament ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei wara li nħareġ mill-vettura minn tim mediku assistit minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

S’issa ġie stabbilit li l-barrani, li identità tiegħu għad trid tiġi stabbilita, m’huwiex f’qagħda kritika. Sadattant, għad irid jiġi stabbilit x’wassal għal dan u min aktar seta' kien involut fil-każ.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun u ta’ Raħal Ġdid.

Aġġornament fuq il-każ jinħareġ aktar ‘l quddiem.

More in Kronaka