Ma rxexxietx l-ewwel darba imma rnexxiet it-tieni

Jinsterqu €6,500 mill-istess ħanut tal-logħob li fuqu sar attentat ta' serq ġimgħatejn ilu
 

Il-ħanut tal-logħob Fair Play fit-Triq il-Mosta San Pawl il-Baħar jidher li spiċċa taħt għajnejn ħalliel  hekk kif matul il-lejl li għadda saret serqa ta' €6,500 minnu, ġimgħatejn biss wara attentat ta' serq fuq l-istess ħanut.

L-ewwel darba li sar attentat ta' serq ġuvni ta' 23 sena minn Ħaż Żabbar li jaħdem f'dan il-ħanut kien irnexxielu jirreżisti lill-ħallelin, iżda jidher li din id-darba l-ħallelin kellhom suċċess akbar, hekk kif telqu mill-post bl-eluf tal-ewro misruqin f'buthom.

Mill-informazzjoni li ħarġet s'issa jidher li fis-serqa li seħħet il-ilbieraħ għall-ħabta tad-21:00 p.m.ħalliel daħal fil-ħanut b'wiċċu mgħammad u b'sikkina. 

Il-Pulizija tad-distrett flimkien mad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali qed jinvestigaw din is-serqa filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu fl-inkjetsa maġisterjali

More in Kronaka