[Aġġornata] Minn tal-anqas 27 persuna maqtula f'attakk fuq lukanda fit-Tuneżija

It-tieni attakk terroristiku llum - din id-darba fi Sousse fit-Tuneżija

It-terroristi bdew jisparaw fuq il-bajja, fejn ħasdu l-ħajja ta' xi wħud mit-turisti li sabu hemm
It-terroristi bdew jisparaw fuq il-bajja, fejn ħasdu l-ħajja ta' xi wħud mit-turisti li sabu hemm

Il-media qed tirraporta attakk fuq lukanda tat-turisti fil-belt Tuneżija ta' Sousse, li hija popolari ma' bosta turisti Ingliżi. Għadu mhux ċar liema lukanda kienet eżattament fil-mira.

Wieħed mill-operaturi tal-vjaġġi l-aktar magħrufa għall-vjaġġi f'din il-belt huma Thomson.

Turist Ingliż, David Schofield tkellem mal-media fejn qal li kien fil-pixxina meta sema "splużjoni kbira mhux ħażin" u ra t-turisti jiġru lura lejn il-lukanda."

"Smajna n-nies jgħidu li kien hemm l-armi tan-nar fuq il-bajja. In-nies bdew jisparaw fuq il-bajja," qal. Kompla jgħid li "n-nies bdew iduru mal-lukanda, ħadd ma qalilhom x'kellhom jagħmlu eżattament."

 

More in Kronaka