Id-diskussjonijiet dwar il-Malta Maritime Hub fi “stadju avvanzat”

Iċ-ċermen ta’ Ablecare Oilfield Services jiċħad informazzjoni li waslet għand l-ILLUM li “kollox wieqaf” fil-proġett tax-Shipbuilding

F’kummenti mal-ILLUM iċ-Ċermen tal-kumpanija li ġiet magħżula biex twettaq il-proġett tal-Malta Maritime Hub fuq is-sit fejn kien hemm ix-Shipbuilding, qal li d-diskussjonijiet mal-Gvern biex il-post ikun mibdul f’ċentru ta’ eċċellenza b’investiment totali ta’ €55 miljun jinsabu “fi stadju avvanzat”. Dan il-ġurnal staqsa jekk informazzjoni li waslitlu li d-dikussjonijiet jinsabu “weqfin” hux minnha, biċ-Ċermen Paul Abela jiċħad kompletament u jagħti lista ta’ xogħlijiet ta’ tħejjija li qed isiru fuq il-post.

Il-bini tal-Freedom Press se jkun is-simbolu tal-proġett

 Intant fil-kummenti tiegħu mal-ILLUM Abela spjega kif il-bini tal-Freedom Press, illum mitluq u dilapidat, se jinbidel f’bini simboliku tal-proġett sħiħ li reġa’ saħaq kif se jkun ‘state of the art’.

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

 

More in Kronaka