Ajruplan militari Hercules C-130 ikkraxxja fuq il-belt ta’ Medan fit-Tramuntana tal-gżira Indoneżjana, Sumatra.
Televiżjoni In doneżjana bħalissa qed titrasmetti l-kraxx bin-nirien għadhom ħerġin mill-ajruplan f’diżastru li ħalla 30 persuna mejta, fosthom it-12 tal-ekwipaġġ. L-inċident ġara ftit wara li l-ajruplan kien għadu kif tela’ u l-pilota talab biex jirritorna lura qabel ma kkraxxja fuq din iż-żona residenzjali. Pumpieri u uffiċċjali tas-sigurta jinsabu fuq il-post biex jitfu n-nirien li ħakmu d-djar u l-ħwienet ta’ din il-belt.