Stat ta' emerġenza fit-Tuneżija

Dan ifisser li l-forzi tas-sigurta jkollhom iżjed poteri u jillimita d-dritt ta' laqgħat pubbliċi

Wara l-attakk terroristiku  li ħalla 38 persuna maqtula l-awtoritajiet Tuneżini ddikjaraw stat ta' emerġenza fejn uffiċċjali armati issa qed ikunu għassa fil-lukandi u anke fuq il-bajjiet. Il_President Tuneżin Beji Caid Essebsi se jindirizza lin-nazzjon minn hawn u ftit ieħor. Il-membri tas-sigurta ġew kritikati meta ma ħadux azzjoni mmedjati waqt l-isparar tat-terrorist.

L-aħħar darba li t-Tuneżija kienet dikjarat stat ta' emerġenza kien fl-2011 meta l-folla qamet bie xneħħiet mill-poter lil president Zine al-Abidine Ben Ali.

More in Kronaka