19 –il immigrant huma maħsuba mejta wara li d-dgħajsa li kienu qegħdin fuqha għerqet ħdejn il-gżejjer Griegi.
Huwa stmat li dawn l-immigranti tilfu ħajjithom meta d-dgħajsa li kienu fuqa għerqet ħdejn il-gżejjer Griegi ta’ Agathonisi u Farmakonisi, għaxar mili biss ‘l barra mill-kosta tat-Turkija.
Sa issa, passiġġier wieħed huwa kkonfermat li miet fin-nawfraġju, filwaqt li 18 -il persuna għadhom nieqsa u maħsuba mejta. Intant, 21 –il persuna ġew salvati mill-awtoritajiet Griegi u Torok.
Intant, kelliema għan-Nazzjonijiet Maqgħuda qalet li n-nazzjonalità tal-immigranti għadha mhix magħrufa.
Din it-traġedja hija l-ewwel waħda li seħhet fil-Mediterran matul dan ix-xahar. Tul l-ewwel sitt xhur tal-2015, aktar minn 68,000 immigrant – l-maġġoranza tagħhom Sirjani, Iraqini u mill-Afghanistan – huma mifgħuna li qasmu l-kosta tat-Turkija sabiex jidħlu fil-Greċja.