Miet Omar Sharif ta' 83 sena

Dr Zhivago u Laurence of Arabia ġalla din id-dinja ftit tas-sigħat ilu

Sharif twieled l-Eġittu, fejn jibqa magħruf gġħar-rwoli prinċiplai tiegħu ta' Dr Zhivago u laurence of Arabia fejn kien rebaħ 3 golden Awards u nominazzjoni għall-Oscar f'Laurence of Arabia. Aktar kmieni din is-sena ġie magħruf li kien qed ibati bl-Alzheimer's Desease. Wara nofs in-nhar sofra minn attakk f'qalbi fi sptar l-Eġittu u miet.

Twieled bħala Michel Shalhoub f'Alexandria f' April 1932, u l-ewwel xogħol tiegħu kien fil-qtugħ tas-siġar li kien in-negozju tal-familja tiegħu. Minn hemm kien irħiela lejn Londra fejn studja fir-Royal Academy of Dramatic Art (Rada). Kien iddebbutta bħala attur f'film Eġizzjan li kien jismu Siraa Fil-Wadi (The Blazing Sun) fl-1950 u mill-ewwel sar stilla f'pajjiżu.

Sharif qatta l-aħħar snin ta' ħajtu fil-kajr u fil-lukanda Royal Moncean Hotel f'Pariġi, għalkemm kultant kien imur l-Ingilterra jissaportja lit-team favorit tiegħu Hull City. Meta sar jaf li għandu l-Alzheimer Desease ma dehrx iżjed fil-pubbliku

 

 

More in Kronaka