Dalgħodu għal xis-6.30 a.m. instemgħet splużjoni qawwija ta' karrozza bomba fiċ-ċentru tal-kapitali Eġizzjana, quddiem il-Konsulat Taljan, li dak il-ħin kien għadu magħluq. Il-bini ġarrab ħsarat kbar filwaqt li s'issa il-bilanċ hemm mejjet u seba' feruti: fejn dak il-ħin kien hemm ħafna nies mexjin fit-triq, fosthom kien hemm marra b'binha. Ma kienx hemm Taljani fost il-feriti.