Żagħżugħa Finlandiża ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li soffret ġrieħi ħfief f’inċident bejn żewġ xarabankijiet fit-terminus tal-Belt aktar kmieni wara nofsinhar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:10 ta’ wara nofsinhar. Kelliema għall-pulizija li tkellmet ma’ dan il-ġurnal spjegat kif l-inċident seħħ wara li għal xi raġuni mhux magħrufa, xarabank li kienet qed tinstaq daħħlet f’ karozza tal-linja oħra li kienet wieqfa.
Mal-impatt, passiġġiera li dak il-ħin inzertat kienet bil-wieqfa fil-karozza tal-linja waqgħet u soffriet ġrieħi ħfief. Il-passiġġiera – li aktar tard ġiet iddentifikata bħala żagħżugħa Finlandiża ta’ madwar 21 sena – ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Intant, is-sewwieq ta’ xarabank ma sofra ebda ġrieħi.