L-orkestra Nazzjonali f'kunċert fil-bażilika ta' San Ġorġ ir-Rabat

Nhar it-Tnejn fit-8 p.m. - dħul b'xejn

It-18-il edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival 2015 tintemm nhar it-Tnejn b'kunċert mill-Malta Philharmonic Orchestra, taħt id-direzzjoni ta' Mro Joseph Vella.

Il-programm se jinkludi Finlandia op. 26 u Concerto għal vjolin u Orchestra op. 47, Se jitkanta l-innu għal San Franġisk ta' Massimo Palombella  ad unur il-Papa Francesco, is-simfonija tas-salmi ta' Igor Stravinsky’s li se tingħata bħala premiere f'Malta matul is-serata u ċ-Chichester Psalms ta' Bernstein. Il-kor Laudate Pueri ta' San Ġorġ se jieħdu sehem f'dan il-kunċert li hu sponsorjat mill-BOV.

Il-kunċert se jkun fil-Bażilika ta San Ġorġ fit-8 p.m. u l-entratura hi bla ħlas 

More in Kronaka