Ġuvni f'qagħda kritika wara li waqa sular

Ġuvni ta’ 16-il sena residenti f’Tas-Sliema jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei wara li waqgħa minn għoli ta’ madwar sular illum, 15 ta’ Lulju, 2015, għall-ħabta tas-siegħa u għaxra ta’ wara nofsinhar (1310hrs) waqt li kien qiegħed ġo maħżen fi Triq l-Aħwa Żammit, Ħal Qormi.

 

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-ħaddiem kien qiegħed jistiva xi kaxxi meta waqgħa. Fuq il-post issejħet ambulanza b’team mediku li ħadet lill-vittma immedjatament l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

 

Il-każ qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi.

 

 

More in Kronaka