Żagħżugħ Taljan ta’ madwar 26 sena weġġa gravi f’ inċident li kellu bil-mutur aktar kmieni illum fi Triq tal-Balal, San Ġwann.
Minn stħarriġ parlamentari jirriżulta li r-raġel, li jgħix f’ San Ġwann, kien qed isuq il-mutur tiegħu tal-għamla Daelim Cityace lejn iċ-ċentru tar-raħal meta għal xi raġuni tilef il-kontroll, ħabat f’ċint baxx mal-ġenb tat-triq u ma tabella, u tar minn fuq il-mutur għal diversi metri.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn nies li kienu fuq il-post u aktar tard waslet ambulanza li ħadet is-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei.
FI stqarrija, il-Pulizija qalet li mhuwiex jiġi eskluż li l-inċident seħħ minħabba xi vettura oħra. Għaldaqstant, il-pulizija appellat sabiex min setgħa ra l-inċident jgħaddi l-informazzjoni billi jċempel fuq in-numru 21224001.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġwann, li kienu assistiti fuq il-post mit-Taqsima tat-Traffiku u r-Rapid Intervention Unit.